Seven results for Malta and Gozo

Since joining the European Union Malta took a huge step forward. However, membership alone is not a guarantee in itself. We need to use EU tools correctly to our advantage. I, Peter Agius, pledge to work hard to deliver these 7 concrete results to you starting from the first year of my work, if you trust me with your vote on May 25th:

  1. Those who feed us. I will promote Maltese produce and Maltese producers. Farmers, Fishermen and livestock breeders cannot continue to be expected to follow EU rules without reaping any reward.
  2. Youths and opportunities. Our ambition must be that each and every Maltese and Gozitan youth exploits Erasmus+ for work, traineeships, studying abroad, an experience which enriches us personally and as a nation.
  3. Maltese competitiveness. Innovation, industry and EU funds. We can benefit much more from EU funds (including direct funds) by investing more on research and innovation. I will take a strong position against European taxes which would undermine our competitiveness in areas such as financial services and gaming.
  4. Public service employees. I already presented proposals for more autonomy and meritocracy in the public sector. I will make sure that these will be implemented by acting as a shield for public service officials and public service in general.
  5. Our identity in Europe. Our Christian values, our language, pastimes (including hunting and trapping) and our traditions. Europe must embrace Maltese identity and not impose a cap that does not fit us.
  6. Small businesses and entrepreneurship. We joined the EU for just and fair I will fight against practices by government and external actors which distort competition. I will do my utmost to truly represent small businesses and entrepreneurs in Brussels.
  7. Immigration. Malta is still exposed to the risks of irregular immigration in thousands from Africa. I will work to ensure that Europe shows true solidarity on this issue and I will insist on the application of rules in the case of those who do not have the right to stay in Malta by being returned in a safe environment.

Il Viżjoni Tiegħi

L-Agrikultura

Il-biedja jeħtieġ li titla’ fil-prijoritajiet tal-gvern – l-ikel tagħna stess jiddependi minn dan. Bid-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea l-biedja Maltija ġiet esposta għal kompetizzjoni mal-prodott barrani. Din ħaġa tajba per se, iżda mhux meta l-bidwi jitħalla għal rieħu, bla ebda gwida u għajnuna, b’ fondi Ewropej li jdumu sena u nofs ma jiġu proċessati u b’sistema ta’ ttestjar għall-pestiċidi li tikkastiga l-prodott Malti flok tara kif tipproteġi l-konsumatur. Aħna bħala konsumaturi u bħala Maltin għandna nserrħu rasna li għandna prodott frisk Malti disponibbli. Mhux idea tajba li nkunu niddependu interament mill-importazzjoni tal-ikel. Fl-aħħar għaxar snin sirna nimportaw 70% tal-frott u l-ħaxix tagħna. Bi ftit attenzjoni nerġgħu nagħmlu l-biedja prijorita’ Maltija. Naraw li nsaħħu l-prodott Malti billi ngħinu għaqdiet ta’ produtturi fil-promozzjoni tal-prodott Malti. Hemm ukoll modi kif l-Ewropa tgħin f’dan, li ser nelaboraw dwarhom fil-ġimgħat li ġejjin.

Edukazzjoni, Żgħażagħ, Għalliema

L-Ewropa spazju mmens ta’ opportunita’, speċjalment għaż-żgħażagħ li jridu jesploraw id-dinja u li jużaw kull esperjenza biex jiftħu l-perspettivi tal-ħajja. Il-programm Ewropew Erasmus+ jeħtieġ li jintuża ħafna aħjar mill-Gvern u s-settur privat f’ Malta għal dan il-għan. Malta għanda rata ta’ parteċipazzjoni taħt il-medja f’Erasmus+. Għal kull għalliem li nibgħatu Malta, Ċipru u l-Iżlanda jibgħatu tlieta, għal kull student Malti fuq traineeship dawn jibgħatu tnejn. Nistgħu inkunu aktar ambizzjuzi, speċjalment meta tqis li għalina bħala pajjiż gżira huwa aktar u aktar importanti li nieħdu esperjenzi barra minn Malta. Iż-żgħażagħ tagħna lesti għall-avventura, aħna rridu nkunu hemm biex nagħmluha possibli. Issa Erasmus+ jagħti ċans ukoll lill-għalliema mhux biss li jmorru fuq esperjenza ta’ tagħlim barra minn Malta iżda wkoll li jressqu proġetti fl-iskejjel primarji u sekondarji għall-iskola tagħhom. Biex din l-għodda ġdida tkun suċċess irridu nagħmlu kuraġġ u nagħtu inċentiv lill-għalliema, mhux naqtgħulom qalbhom bil-burokrazija interna Maltija. L-opportunitajiet Ewropej f’dan il-qasam huma kbar wisq biex inħalluhom għaddejin.

Għawdex u l-Fondi Ewropej

Għawdex qata’ lura aktar minndu dħalna fl-Unjoni. L-industriji tas-servizzi, gaming, finserv u oħrajn ma resqux lejn Għawdex. Minkejja jipproduċi l-akbar numru ta’ gradwati, dawn ta’ spiss iridu jitilqu lejn Malta jew barra biex isibu xogħol denju tal-kwalifiki tagħhom. Is-soluzzjonijiet għal Għawdex mhumiex sempliċi, iżda hemm ftit affarijiet li jistgħu jibdew il-bidla. Nibdew mill-fondi Ewropej. Dawn mhux biżżejjed li niddedikaw 10% minnhom għal Għawdex. Jeħtieġ li jintefqu fuq il-prijoritajiet tal-Gżira Għawdxija, u dan m’għandux jiġi deċiż Kastilja jew Brussell imma fir-Rabat mill-Għawdxin stess. Fuq livell Ewropew, Għawdex jeħtieġ rappreżentanza attiva tal-interessi speċifiċi tiegħu. Ir-reġjonalita’ tiegħu ma tistax tibqa’ tintuża bħala karta fil-mazz ta’ Malta. Min naħa l-oħra, ir-reġjonalita’ ma hix il-fini fih innifsu, għandha tkun biss il-mezz li bih Għawdex javvanza l-kawża tiegħu, li jżomm il-karattru uniku tiegħu filwaqt li jipprovdi opportunitajiet liż-żgħażagħ Għawdxin.

L-UE għan-Negozju u l-Industrija

Ix-xiri onlajn qed jisraq il-kummerċ tal-ħweient komunitarji tagħna. Il-biċċa l-kbira tal-bliet u l-irħula tagħna jiddependu fuq il-ħwienet tat-toroq għall-karattru u l-ħajja tal-komunità, b’hekk għandna ngħinuhom jikkompetu onlajn billi nipprovdu pjattaformi pubbliċi għall-preżenza tagħhom fuq l-internet. Dan huwa wkoll fl-interess tal-konsumaturi tagħna li japprezzaw għażliet usa’. Il-baġit tal-UE li jmiss jipprevedi fond ta’ 9,2 biljun euro ddisinjat speċifikament għat-transizzjoni diġitali ta’ impriżi privati ​​u l-adattament tal-forza tax-xogħol tagħna għal dinja dejjem aktar diġitalizzata. Malta għandha tkun minn ta’ quddiem biex tisfrutta din l-opportunità ta’ finanzjament. Għandna niżguraw ukoll li l-kompetizzjoni hija tabilħaqq ġusta u ħielsa għall-kumpaniji li jipparteċipaw fl-akkwist pubbliku. Il-prattiki kurrenti tal-gvern jindikaw użu sistematiku u eċċessiv ta’ ordnijiet diretti u r-rimi ta’ xogħlijiet f’kuntratti kbar. Brussell mhux biss post għall-politika. Jien nuża r-rappreżentanza tagħna fil-qalba tal-Ewropa biex inrawwem netwerks u opportunitajiet għan-negozju Malti, ngħin ideat Maltin biex isibu msieħba u swieq fil-kontinent.

Min hu Peter Agius?

Jiena miż-Żejtun u noqgħod Ħ’Attard (u Brussell). Miżżewweġ lil Mariella u għandna tliet subien, Achille, Tullio u Aurel.

B’16 sena t’esperjenza, kont l-ewwel Malti li dħalt naħdem mal-istituzzjonijiet Ewropej fl-2002. Bdejt bħala avukat fis-servizzi legali tal-Kunsill Ewropew, fejn wara ġejt fdat bin-negozjati tal-liġijiet Ewropej fl-oqsma tal-konsumatur, l-ambjent, il-farmaċewtika, l-istandards tal-prodotti, il-gaming u s-servizzi. Ħdimt fuq negozjati ma’ politiċi Ewropej u ma’ ministri minn madwar 15-il pajjiż tal-Unjoni Ewropea kif ukoll ma’ diversi Membri tal-Parlament Ewropew.

Fl-2012 ġejt maħtur Kap tal-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f’Malta, fejn fost l-oħrajn mexxejt il-kampanja ta’ informazzjoni Saqsi. Ipparteċipa. Agħżel. li wasslet għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-2014.

Nipparteċipa b’mod regolari fuq programmi tar-radju u tat-televixin. Għal żmien twil ktibt artikli fuq Il-Mument u diversi gazzetti oħrajn Maltin. Nillekċerja dwar il-liġi Ewropea f’universitajiet barranin kif ukoll fl-Università ta’ Malta.

Fl-2015 u l-2016 tajt taħriġ speċjalizzat fuq in-negozjati fl-Unjoni lil ‘il fuq minn 500 uffiċjal tal-Gvern bi preparazzjoni għall-Presidenza ta’ Malta tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Fl-2017 intlabt mill-President tal-Parlament Ewropew, Antonio Tajani, biex ningħaqad mat-tijm tiegħu ġo Brussell. Xogħoli bħalissa huwa li nagħti pariri politiċi lill-President u nikteb id-diskorsi tiegħu.

Jiena gradwajt fil-liġi u l-liġi Ewropea mill-Universita’ ta’ Malta u mill-Universita’ ta’ Brussell. Dilettant ħafna tal-ħut tal-akkwarju u membru fl-Għaqda għat-Trobbija tal-Ħut. Rabbejt u kattart aktar minn mitt speċi ta’ ħut differenti minndu kelli tmien snin. Dilettant ukoll tal-ġardinaġġ u l-biedja u l-hena tiegħi inqatta ftit ħin mal-familja fl-għalqa żgħira li għandi fl-Imġarr.

Artikli

L Istorja Tiegħi

Attivitajiet

Ejjew Nitħaddtu, Tarxien

Ejjew Nitħaddtu, Tarxien

Kazin Partit Nazzjonalista Tarxien
11 Jan 2019 06:30 PM - 08:30 PM
Billiard Tournament Każin PN Pieta

Billiard Tournament Każin PN Pieta

Kazin PN Pieta' Dar Il-Liberta', Triq Blackley, Pieta', PTA 1402
12 Jan 2019 12:30 PM - 02:30 PM
Ejjew Nitħaddtu, Swieqi

Ejjew Nitħaddtu, Swieqi

Ufficju PN Swieqi
13 Feb 2019 07:30 PM - 09:00 PM
Ejjew Nitħaddtu, Rahal Gdid

Ejjew Nitħaddtu, Rahal Gdid

PN Kazin Rahal Gdid
26 Feb 2019 07:30 PM - 09:00 PM

Kellimni