Lil Virginijus Sinkevičius, Kummissarju Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
cc. Charlina Vitcheva Direttriċi Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd
cc. Valerie Laine, Kap tal-Unita
Il-Kummissjoni Ewropea
Għażiż Kummissajru,
Fis-sittax ta’Jannar 2019 ktibt lis-servizzi tiegħek fejn spjegajt fid-dettall is-sitwazzjoni fl-ibħra Maltin u dawk konfinanti dwar is-sajd għall-lampuki (coryphaena hippurus). Il-Kummissjoni irrispondiet l-ittra tiegħi (Ref. Ares(2019)1566697 – 08/03/2019) u wara ressqet proposti fi ħdan il-GFCM biex jiġu rikonoxxuti u protetti l-kannizzati tas-sajjieda Maltin u Għawdxin. Ta’ dan nirringrazzjak.
L-isfond ta’ din it-talba li qed nagħmel illum jibqa dak deskritt fl-ittra tas-16 ta’ Jannar. Sfortunatment, u minkejja li issa jeżistu disposizzjonijiet aktar ċari tal-GFCM, u minkejja wegħda pubblika mill-awtoritajiet Maltin li jkunu preżenti fl-ibħra konċernati, is-sitwazzjoni ma’ tjiebet xejn, tant li sa din il-ġimgħa stess daħlu rapporti li s-sajjieda Maltin u Għawdxin qed jerġgħu jisfaw misruqa kontinwament mis-sajjieda Tuneżini li qed jaħsdu l-frott li jkunu żergħu u kkultivaw huma – u ċioe, jistadu fuq il-kannizzati li jkunu ġew preparati mis-sajjieda Maltin u f’ħafna każijiet jagħmlu ħsara irreparabbli lill-istess kannizzati.
Jeħtieġ nindirizzaw din il-kwistjoni b’mod aktar dirett mal-awtoritajiet Tuneżini kif ukoll malawtoritajiet Taljani. Nitolbok ġentilment għaldaqstant tikkunsidra dawn id-domandi għal risposta kif ukoll għal azzjoni immedjata (ġialadarba l-istaġun huwa limitat u jagħlaq f’Diċembru) min naħa tiegħek:
1. Tikkonferma li l-Unjoni Ewropea tat fondi lit-Tuneżija biex il-bastimenti Tuneżini jkunu ekwipaġġjati bi tracking system VMS (VesselMonitoring System)?. Jidher li tali fondi jinkludu apparat għal control room, taħriġ għal spetturi Tunezini biex ikunu kompetenti jaħdmu fil-control room kif ukoll VMS tracking systems għal fuq ilbastimenti nfushom li skont ir-rakkomandazzjoni tal-GFCM huma obbligatorji għal kull bastiment akbar minn 15-il-metru. Nitlob ġentilment l-assistenza tal-Kummissjoni Ewropea biex tivverifika jekk it-tali tracking systems hux qed jintużaw kif mistenni mill-bastimenti Tuneżini li jistadu fl-ibħra internazzjonali u jekk dan huwa l-każ, jistgħux l-awtoritajiet Tuneżini jagħtu rapport dettaljat tas-sajd ta’ bastimenti Tuneżini fl-ibħra fil-Lbiċ u fil-Majjistral ta’ Malta fejn is-sajjieda Maltin għandhom it-tagħmir tagħhom.
2. L-Aġenzija Ewropea tal-Kontroll tas-Sajd għandha kompetenza biex tissorvelja losservanza tar-regoli fl-ibħra internazzjonali. Dan diġà qed isir regolarment u b’ċerta effiċjenza fis-sajd għat-tonn. Fil-fehma tiegħek, ikun għaqli li din l-Aġenzija tissorvelja s-sajd għall-lampuki fl-ibħra konċernati u taġixxi b’deterrent għas-sajd illegali fuq skaptu privat?
3. Bħal ma nafu, biex tindirizza sajd illegali trid tindirizza s-suq tiegħu. Jiena infurmat li uħud mill-bastimenti Tuneżini involuti fis-sajd illegali fuq skaptu ta’ sajjieda Maltin u Għawdxin jidħlu f’portijiet Taljani sabiex ibiegħu il-qabda tagħhom. Insaqsi lillKummissjoni Ewropea jekk dina tistax titlob rapport dettaljat, kif suppost isir taħt irregoli viġenti, dwar il-landings ta’ lampuki fil-portijiet Taljani u partikolarment dawk li jsiru minn bastimenti Tuneżini awtorizzati biex iħottu f’portijiet Taljani. Insaqsi wkoll jekk il-Kummissjoni Ewropea flimkien mal-awtoritajiet Taljani hix f’posizzjoni li tidentifika u tindirizza każijiet suspettati ta’ frodi tas-sajd fejn bastimenti mhux awtorizzati jħottu f’portijiet Taljani jkunu qed jittrasferixxu l-qabda tagħhom fuq bastimenti li jkunu hekk awtorizzati. Nitlob ukoll li l-azzjoni taħt dan il-punt tiġi abbinata l-azzjoni taħt punt 1, u ċioe, li jsir monitoraġġ tal-moviment tal-bastimenti Tuneżini mill-ibħra konċernati sal-portijiet Taljani u viċe versa.
4. Teżisti l-possibilita’ li l-bastimenti involuti fis-sajd illegali in kwistjoni jkun qed joperaw mingħajr il-Vessel Monitoring System minkejja li din hija obbligatorja skont id-disposizzjonijiet tal-GFCM. Nitlob f’dan il-kuntest li l-Kummissjoni Ewropea titlob rendikont mill-awtoritajiet Tuneżini u mis-Segretarjat tal-GFCM dwar limplimentazzjoni ta’ dawn l-obbligi u nsaqsi jekk huwiex possibbli għall-Kummiss joni Ewropea u l-GFCM li jsiru spot checks abbażi tar-ritratti ta’ bastimenti Tuneżini meħuda b’mod regolari mis-sajjieda Maltin (3 ritratti reċenti mehmuża għal dan ilgħan).
Nirringrazzjak tal-konsiderazzjoni tiegħek u nistenna mingħandek,
Peter Agius
Kandidat għall-Elezzjoni Ewropea
Anness – Ritratti ta’ bastimenti Tuneżini mehmuża:
>> Link għall-ittra formali li intbgħatet fid-9 ta’ Settembru <<