Programm ġo Brussell għal Studenti tal-Ġurnaliżmu u Ġurnalisti Żgħażagħ

Programm ġo Brussell għal Studenti tal-Ġurnaliżmu u Ġurnalisti Żgħażagħ

Il-Kummissjoni Ewropea qed toffri programm ta’ ġimgħatejn fi Brussell li jinkludi taħriġ u esperjenza diretta tal-istituzzjonijiet Ewropew fi Brussell bl-ispejjeż koperti. Dan jgħodd għal studenti tal-ġurnaliżmu kif ukoll għal ġurnalisti li għadhom kif bdew il-karriera.

Opportunita’ interessanti għal dawk interessati fil-ġurnaliżmu kif ukoll inizjattiva utli biex nissensibilizzaw aktar il-media Maltija għall-operat kumpless iżda dejjem aktar relevanti tal-unjoni Ewropea.

Idħol hawn biex tapplika https://youth4regions.tw.events/

Ikkuntattjani direttament jekk nista’ ngħin jew nikkjarifika xi punti.

Għoddni tiegħek,

Peter Agius

Ibgħat l-indirizz u nibgħatulek żerriegħa tal-fjuri

Ibgħat l-indirizz u nibgħatulek żerriegħa tal-fjuri

Kontra l-pandemija niżirgħu ftit kulur.

Qed inqassmu żerriegħa ta’ 11-il-tip ta’ fjuri annwali u biennali:

Zinnia, ‘Pot Marigolds’, Verbascum, Digitalis, Lavatera, Lupins, Tagetes, Aster, Rudbeckia, Scabiosa u Cosmos.

Ibgħat l-indirizz tiegħek b’messaġġ privat u nibgħatulek iż-żerriegħa d-dar.

Grazzi kbira lill-kollaboraturi li qed jgħinu f’din l-inizjattiva.

Struzzjonijiet:
1. Prepara roqgħa art imħallta bil-kompost jew pot imdaqqsa; saqqi sew.

2. Xerred iż-żerriegħa bi ftit distanza bejn waħda jew oħra (pakkett iservi għal 3 pots jew għal 2 metri kwadri fl-art).

3. Għafas ftit iż-żerriegħa biex ikolla kuntatt mal-ħamrija.

4. Għatti bi ftit għabra fina.

5. IMPORTANTI: Żomm l-art niedja regolarment, saqqi ftit kuljum għall-ewwel ġimgħatejn bil-mod b’bexxiexa ‘spray’ b’mod li ma ċċaqlaqx wisq il-ħamrija.

6. Gawdi r-riżultat 🙂