Kandidat tal-PN għall-Elezzjoni Ewropea 2019

 

Għaliex ħiereġ għall-elezzjoni Ewropea mal-Partit Nazzjonalista?

Eddie Fenech Adami wegħdna Rebbiegħa Ġdida għal-Malta fl-Unjoni Ewropea. Dik il-wegħda ssarfet f’ġid għal ħafna Maltin u Għawdxin, ftaħna beraħ l-orizzonti taż-żgħażagħ u n-negozji tagħna. Din it-tfajla saret mara sabiħa.. twieled l-MCAST li jipproduċi l-aqwa studenti fis-snajja u x-xjenzi, għandna ċentru tal-onkoloġija għall-ġlieda kontra l-kanċer, u tajna facelift ġenerali lil Malta minn Sant Iermu sa Sant Anġlu sal-mitt pjazza u knisja fl-irħula u l-ibliet tagħna.

Dik ir-rebbiegħa jeħtieġ li tkompli. Hemm setturi fejn il-wegħda ewropea għada ma waslitx. Il-bdiewa, s-sajjieda, r-raħħala u l-Għawdxin ma mxewx bl-istess pass. In-negozji ż-żgħar u tal-ħwienet, kellom jadattaw għal regoli u kompetizzjoni sfrenata, iżda ftit li xejn sabu wens milll-awtoritajiet.

F’ ċerta oqsma donna sirna membri tal-UE biss għall-isem, għax id-drittijiet li tatna l-Unjoni tfittixhom u ma ssibhomx. Suppost għandna baħar blue flag imma tmur u ssib l-iżlieġa sena wara l-oħra. Suppost għandna regoli fuq il-pestiċidi u fuq il-kwalita tal-arja. Suppost għandna standards Ewropej għall-istat tad-dritt, għal-ħasil tal-flus u għal ħafna affarijiet oħra. Donnhom l-istandards saru jeżistu biss fuq il-karta.

Donnu tlifna t-triq tal-kompromess u sirna naħsbu li bilfors trid tgħaddi ta’ wieħed fuq l-ieħor. Nemmen li hemm verżjoni aħjar tagħna nfusna. F’sittax-il-sena li ilni naħdem fl-istituzzjonijiet Ewropej tgħallimt lezzjoni waħda fuq kollox – li l-ebda pajjiż m’hu żgħir wisq jekk għandu argument b’saħħtu, iżda jrid dejjem jara kif ser jaħdem id f’ id mal-oħrajn, speċjalment ma’ dawk ta’ pajjiżek stess.

Dik il-wegħda ta’ rebbiegħa ġdida għada tħabbat f’qalbna. Il-Partit Nazzjonalista issa jidher dgħajjef, iżda għandu fih il-konvinzjoni, il-qilla u l-ħila li javvanza l-interessi tal-Maltin u l-Għawdxin bi kredibilita’ fl-Ewropa, aħjar minn kwalunkwe partit ieħor.

Hemm triq il-quddiem u aħna nafu nterrquha. Mhux bit-tgħajjir iżda bil-kompetenza, bl-ideat u bl-impenn kontinwu tagħna. Għal dan għandna bżonn lilek ukoll. Għalhekk jiena, Peter Aġius flimkien ma’ sħabi tal-Partit Nazzjonalista qed nistiednek tingħaqad magħna biex flimkien inwittu t-triq tar-REBBIEGĦA LI JMISS.

 

Why am I contesting the European Elections with the Nationalist Party

Eddie Fenech Adami promised a new spring for Malta in the European Union. That promise brought opportunity and prosperity for many Maltese. With Union membership we opened new horizons for our youth, for our businesses, for our economy. Our islands went through a speedy metamorphoses. MCAST was born, now producing top professionals in their areas. We invested in a specialised oncology centre to help in the fight against cancer. Our islands got a general facelift from St Angelo to St Elmo to the many squares and churches restored with EU funds.

That spring must go on. Some sectors have not benefited from the European dream. I think about farmers, fishermen or the people of Gozo. They have not reaped the same benefits from accession. Our small businesses have also had to adapt to many changes and stiff competition, yet with little help from the authorities.

In some sectors it seems we are EU members in name only, given that our citizens cannot really enjoy their EU rights. We should have blue flag beaches, and yet you have the sea slime in summer. We should have EU standards for pesticides and air quality. We should have EU standards for rule of law and money laundering and so on so forth. 14 years down the line, it seems that the standards we voted for are now only on paper.

We also took the path of confrontation in many regards, even taking our battles to Europe. I believe in a better version of ourselves. In the 16 years I spent working in EU institutions I learnt a lesson above all others, that no voice is too small if it musters alliances, and that alliances start from your own compatriots.

That promise of a new spring keeps beating in our hearts. The Nationalist Party looks weak today, and yet it harbours all the conviction, the strength and the ability to advance the interests of the people of Malta and Gozo, better than anyone else.

I can see a road in front of us and we know the way forward. We’ll thread this road with competence, not with the petty politics, with our ideas and with constant commitment. To do this we need you on board. I am hence calling upon you to join me, Peter Agius, and my colleagues at the Nationalist Party to lead the way FOR THE NEXT SPRING.